Page:Lohengrin (V. Busuttil).pdf/34

From Wikisource
Jump to navigation Jump to search
This page has not been proofread.

30

jena hati—ktilt lil dan il bniedem haun mixhut il ghaliex dahal f'dari biex jassasnani.

—Ghamilt seuua ktiltu, ghajjat Enrico—Dac chien ragel nfami !

Il guerrier allura xehet ghaineih fuk Elsa li chienet b'uiccia mghotti tibchi, u compla igheid :

—Maestà, ghandec teun taf ucoll li dan il bniedem li ktilt jena chellu complici—il mara li izzeuuigt ilbierah jena ?...

—Elsa ! x'uahda din ! bdeu igheidu dauc il hlejjak mistaghġbin.

—Iva, Elsa, compla igheid il guerrier—intom tafu—kuddiemcom stess tlabta, meta geit nid- defendi l'innocenza tahha, li ma ghanda katt tistaksini u la ismi u l'ankas min jen, jeu mnein gei u Elsa tatni il chelma li ticcuntentani—Din il mara izda, mghouija mill'ghedeuua tahha stess, ma zammitx chelmita—talbitni, riedet taf bil fors dauc il huejjeg li jen ghedtila li ma tistaksinix—Jena issa geit haun biex nghedil- com collox, u tisma Elsa ucoll — nghedilcom ucoll ghaliex ridt nzomm is-sigriet—nghedilcom iva, biex Elsa tara, u intom mahha, li jena ma ghandix huejjeg x'nahbi—anzi li jena uiehed mill'actar nies henjin—u li jista igib tituli u unuri...

In-nies colla bdeu jifthu actar uidneighom