Page:Lohengrin (V. Busuttil).pdf/31

From Wikisource
Jump to navigation Jump to search
This page has not been proofread.

27

Sultan—ncun nistenniecom u hemm l'imseicna tcun taf min jena...

Il guerrier allura b'uicċ ta uiehed mnicchet hareg mil camra u dauc id-dami kaghdu iduru b'Elsa u jaghmlula li ghanda bzonn.

V.

L'aghda fil ghodu Anversa chienet xeuuiexa uahda.

Suldati imarciau, dakk ta trombi, giri ta nies, ghajjat, hsejjes ta carrijet — chienu seirin it- truppi collha biex jokghodu schierati kuddiem is-Sultan halli dana jippresentalhom id-Duca il ġdid ta Brabante u jerhihom f'ideih.

Culhatt ferhan u dahcani jistenna li jasal is- Sultan.

Xi saghtein uara tluh ix-xemx reġghou bdeu idokku it-trombi—chien sinial li uasal is-Sultan.

—Evviva Enrico I !

—Evviva is-Sultan ! bdeu ighaitu dauc il hlejjak ta nies ecc chif ir-Re mar kaghad bil keghda taht il balluta fuk ix-xtaita tax-xmara Schelda.

Enrico allura kam bil uiekfa—u kal : “ Brabantini mahbubin tighi. Ma nistax nfis srilcom il ferh li ghandi f'kalbi xhin naracom hecc ilcoll miġbura ma duar it-tron tighi, fer hanin u dejjem ubbidienti ghas-seiha tighi.