Page:Lohengrin (V. Busuttil).pdf/8

From Wikisource
Jump to navigation Jump to search
This page has not been proofread.

4

—Jena sejjahtilcom biex leuuel nhabbarcom li in-nies ta Lvant keghdin ihedduna mil ġdid li ghandom jekerduna—mbaghad biex nistak- sicom x’parir tatuni halli narau x’naghmlu biex nilkghou ruiebna contra tahhom. Intom tafu li l’Ungari huma nies kliel u dejjem hakruna, gha- lecc minn mindu ili nahkem jena fir-reniu, hsibt sahbaht b’fortizzi kauuijin u bi suar gholijin l’ibliet taghna—milli nara izda daun in-nies ma katghux kalbom, iridu jerġghou ikumu contra taghna—X’naghmlu ?... nokghodu rekdin ?...

—Lè, lè culhatt ghajjat—ghall'armi !... ahna lesti biex nhallu hajitna ghall'art tagħna.

—Curaġġ mela ! ghajjat Enrico.

—Evviva is-Sultan !...

—Xein ma nghedilcom—issa hemm bzonn li intom tigiu mighi—nitilku ghal Magonza, com- pla igheid is-Sultan, imma... imma jiddispiacini uisk nara li intom ghadcom bla Gvernatur— minn ghair hatt li imixxicom... u dana collu htia taghcom—il ġlied ta beinietcom—katt ma tingiebu—Din hsara cbira ghalicom—jena irrid, li kabel ma ahna nitilku u narmau ruhna contra l'ghedenua, ncun naf xinù dan li kighed izom- mcom dejjem mhaudin beinietcom—irrid iva naf il ghaliex ma issibux min imexxicom u icun cap taghcom—Gheduli, minn minncom irid ifis-